Lokali

Arrestat wara argument fil-Belt

Libjan ta’ 36 sena residenti l-Gżira jinsab arrestat wara argument ma’ Belti ta’ 61 sena

Jidher li l-argument seħħ għall-ħabta tal-11.15 tal-Erbgħa filgħodu fil-venda tal-Belt Valletta fejn persuni li raw l-inċident iseħħ stqarrew kif l-argument beda meta il-Libjan talab sigarett lill-Malti u dan irrifjuta li jtih wieħed.

Kien hawn li l-libjan ta daqqa ta’ sieq lill-Malti.

Ir-rapporti juru li l-vittma kellu bżonn jittieħed l-Isptar għal xi kura iżda l-pulizija minn naħa tagħha ma setgħetx tikkonferma dan.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin