Lokali

Joseph Muscat ibiddel il-verżjoni fuq ir-radju

Arkivji

Issa.. Joseph Muscat ibiddel id-diska…

Wara xhur shah jattakka lill-Partit Nazzjonalista u lid-deputati tieghu, f’intervista fuq l-istazzjon Laburista, il-Prim Ministru stqarr li hu qatt ma qal li kien Simon Busuttil li ffalsifika l-firem ta’ Egrant.

Iżda kien biss sena ilu – fid-9 t’Ottubru tal-2018 – Joseph Muscatt stess kien infexx jgħajjat u jinsolenta lil Simon Busuttil, bħala ‘frodist’ ….u kompla jsaħħaħ din l-akkuża ta’ frodi u falsifikazzjoni, b’referenza għall-falsifikazzjoni tal-firem fl-inkjesta Egrant.

Dakinhar, Joseph Muscat kien qallu biex ‘ma jersaqx lejn Malta’ bil-mistħija.

Izda issa, wara li l-Kap tal-PN Adrian Delia ppubblika r-Rapport shih tal-Inkjesta Egrant…hu car li minn dak kollu li qal Muscat dwar l-Oppozizzjoni ma hemm xejn. Anzi, wiehed irid jirrimarka li r-Rapport stess ma jitfa’ l-ebda dubji fuq il-membri tal-Oppozizzjoni – id-dubji tar-Rapport jintefghhu biss fuq nies bhal Keith Schembri, Konrad Mizzi, Brian Tonna u Karl Cini – ismijiet li Joseph Muscat ghazel li ma jsemmihomx meta kien ippubblika partijiet żgħar tal-inkjesta fis-Sajf tal-2018.