Lokali

Kurt Anthony jikkommemora silta Maltija leġġendarja flimkien ma’ Mark

L-artist Malti Kurt Anthony flimkien ma’ Mark Anthony, żewg artisti li rajna jikkompetu fl-X Factor tul l-ewwel staġun irnexxielhom jikkommemoraw silta li misset ħafna qlub snin ilu.

Down by the water interpretata oriġinarjament minn Ray Mercieca u l-band The Characters, wieħed mill-ġurija t’ X Factor. Mark u Kurt interpretaw dil-kanzunetta b’ verżjoni akustika u ħafna qed jitpaxxew biha. Il-filmat ħareġ fuq is-sit uffiċjali ta’ Facebook ftit tas-sigħat ilu.

Nistennew aktar materjal minn dawn iż-żewg artisti maskili promettenti. Ċerti li Ray kburi b’dil-prestazzjoni!