Futbol Sport

Leicester jeliminaw lil Everton bil-penalties

(Ritratt: Getty Images)
Man City u Man United kontra xulxin fis-semifinali tal-League Cup

Leicester għelbu l-isfida ta’ Everton bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba f’Goodison Park spiċċat 2-2. James Maddisson u Jonny Evans kienu taw vantaġġ doppju lil Leicester b’gowls fis-26 u d-29 minuta. Tom Davies naqqas id-distakk fis-70 minuta biex Leighton Baines ġab id-draw fil-91 minuta.

Fl-għoti tal-penalties, iż-żewġ timijiet fallew l-ewwel penalty tagħhom u Baines falla t-tieni penalty ta’ Everton. Iż-żewġ gowls tat-toffees ġew skorjati minn Mason Holgate u Dominic Calvert-Lewin filwaqt li għal Leicester skorjaw Ben Chilwell, Ricardo Pereira u Demarai Gray, b’Jamie Vardy jiskorja l-penalty deċiżiv.

Manchester City rebħu 3-1 barra minn darhom kontra t-tim tal-League Oxford United 3-1. Joao Cancelo fetaħ l-iskor fit-22 minuta b’xutt min-naħa leminija iżda Matt Taylor ġab id-draw fil-bidu tat-tieni taqsima. Raheem Sterling reġa’ poġġa lil City minn fuq fil-50 minuta biex l-istess Sterling skorja t-tielet gowl fis-70 minuta u wkoll mill-viċin.

Manchester United kellhom bżonn il-gowls fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima biex għelbu lit-tim tal-League 2 Colchester United 3-0 f’Old Trafford. Marcus Rashford fetaħ l-iskor fil-51 minuta minn kontrattakk u ħames minuti wara, Ryan Jackson tefa’ fix-xibka tiegħu stess wara kross ta’ Mason Greenwood. Anthony Martial għamel l-iskor 3-0 fil-61 minuta meta kompla għal ġewwa mill-viċin.

Fis-semifinali r-rebbieħa tas-sena l-oħra Manchester City se jiltaqgħu kontra Manchester United u Everton jilagħbu kontra Aston Villa.