Lokali Qorti

Lgħabi professjonali jitressaq il-Qorti talli ġarr flus aktar milli jmissu

Lgħabi professjonali ta’ 58 sena mit-Turkija ġie mixli quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq li kellu fil-pusses tiegħu aktar minn €45,000 fi flus kontanti mingħajr ma ġew iddikjarati.

Eyup Mermutlu minn Dalaman ġie arrestat nhar it-Tlieta li għaddew fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta hekk kif kien se jħalli Malta, fejn il-flus instabu f’bagalja li kien qed iġorr.

Huwa ġie mixli mill-Ispettur Keith Vella li kellu fil-pusses tiegħu aktar minn €10,000, u li għalhekk kien qed jikser il-liġi fuq il-kontroll tal-flus kontanti.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih, bl-Avukati tiegħu Franco Debono u Gianluca Caruana Curran jinfurmaw lill-Qorti li Eyup Mermutlu huwa ‘gambler’ professjonali u li kien fi triqtu lejn Montecarlo. Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1000 u garanzija personali ta’ €5000.