Sport Sport Ieħor

Matthew Asciak fis-semifinali tat-tournament tal-Masters b’żewġ rebħiet faċli

(Ritratt: BOV)

Asciak assigura minn post fis-semifinali tal-BOV Masters Tournament b’żewġ rebħiet dominanti fuq Julian Sammut u Liam Delicata. Asciak għeleb lil Sammut 6-0, 6-0 u fit-tieni logħba rebaħ 6-1, 6-0 kontra Delicata. Mark Gatt u Liam Delicata se jissieltu għat-tieni post, b’tal-ewwel jibda favorit li jikkwalifika. Dan wara li għeleb lil Gatt 6-3, 6-2. Fit-tieni konfront, Gatt għeleb lil Sammut 6-4, 6-2.

Minn Grupp B Alex Degabriele kiseb rebħa fuq Denzil Agius 6-3, 7-6 u oħra fuq Omar Sudzuka li kellu jirtira minħabba li ma jiflaħx. Agius rebaħ 6-2, 6-0 kontra Benjamin Farrugia u jista’ jikkwalifika bir-rebħa fit-tielet logħba kontra Sudzuka. Fil-logħba l-oħra, Benjamin Farrugia jilgħab kontra Alex Degabriele u rebħa għal tal-aħħar tfisser li jikkwalifikaw Degabriele u Agius. Rebħa għal Farrugia tara lit-tliet tennisti b’żewġ rebħiet kull wieħed u l-finalisti jkunu determinati skont ir-riżultati ta’ kull logħba.

Is-semifinali jintlagħbu s-Sibt 21 ta’ Diċembru, bil-finali tintlagħab il-Ħadd 22 ta’ Diċembru fil-Marsa Sports Club fis-2.30pm.

Għada

Grupp A – Matthew Asciak v Mark Gatt 7.00pm, Liam Delicata v Julian Sammut 5.30pm

Grupp B – Denzil Agius v Omar Sudzuka 7.00pm, Alex Degabriele v Benjamin Farrugia 5.30pm