Lokali Qorti

Olandiż kundannat erba’ snin ħabs fuq traffikar ta’ kokaina

Ryan Roberto Noordzee ta’ 43 sena mill-Olanda ġie kundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta bl-importazzjoni, assoċjazzjoni u traffikar tad-droga kokaina. Huwa kien għażel li jammetti mill-ewwel għall-akkużi miġjuba kontrih, minn meta tressaq f’Jannar li għadda.

Kien hemm ftehim bejn il-Prosekuzzjoni d-Difiża fuq is-sentenza fejn sar patteġġament miż-żewġ naħat. Huwa ammetta li flimkien ma’ persuni oħra ssupplixxa bi 300 gramma droga u meta tressaq l-ewwel darba quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, minkejja t-twissija li ngħata u ċ-ċans li jerġa’ jaħsibha, huwa baqa’ jammetti r-reat, iżda qal ukoll li mhux minnu li huwa kien diġa’ wettaq reat simili.

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti wara li qieset il-provi fejn l-Olandiż kien inqabad flimkien ma’ tnejn oħra kien inqabad f’lukanda ġewwa tas-Sliema. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt li l-Olandiż ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri.

Minbarra l-erba’ snin ħabs Noordzee ġie mmultat ukoll is-somma ta’ €10,000 Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Anthony Scerri u Frank Anthony Tabone. L-Avukat Francine Abela assistiet lil Noordzee.