Lokali Qorti

Ruxxmata ta’ talbiet għall-‘jobs’ u ‘housing’ ftit qabel l-elezzjoni ġenerali – Keith Schembri

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri qal li ftit qabel l-elezzjoni ġenerali kien hemm ruxxmata ta’ persuni li kienu jitolbu pjaċiri għall-‘jobs’ u għall-‘housing’ soċjali. Ħafna mit-talbiet kien jibgħathom lill-‘Customer Care’ u kien hemm ftit li jarahom hu.

Schembri qal quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff li tant kemm in-numru kien ikun kbir, li ma setax jara lil kulħadd u forsi kien jara 10 fil-mija minnhom. Fost dawn huwa kien raha lil Melvin Theuma – l-persuna li ngħatat il-proklama dwar il-qtil tal-ġurnalista Caruana Galizia.

Schembri qal li huwa kien raha lil Theuma għall-ewwel darba f’ħajtu – u meta daħal offrielu kafè u ġħa ritratt miegħu u li Theuma kellmu fuq l-eks Prim Ministru Dom Mintoff u li wrieh wkoll ritrtatt tiegħu li kien fil-binja, u skont Schembri – Melvin ħa ritratt ukoll ta’ Mintoff.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru qal li huwa ma kienx jaf li Melvin Theuma ma ridtx ‘job’ għax li kieku dan kien jafu – kieku kien jagħti l-impieg lil ħaddieħor. Huwa qal li mhux ċert dwar dan imma huwa jemmen li kien Yorgen Fenech, li bagħat lil Melvin Theuma biex jingħata mpieg mal-Gvern.