Il-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel eskalat id-direttivi tagħha fl-Isptar Karin Grech hekk kif Stewart Healthcare injorat it-talba tagħha li jiżdiedu l-carers.
Kien xahar ilu li l-MUMN ordnat li l-carers ma jqandlux lill-pazjenti minn fuq is-sodod. Dan bil-konsegwenza li ħafna minnhom ma setgħux iqumu mis-sodda.
Issa, l-infermieri membri tal-MUMN ġew ordnati wkoll li lanqas jaħslu lill-pazjenti, wara li f’dan ix-xahar ma kienx hemm żviluppi.
Jidher li minkejja li hemm qbil fil-prinċipju li hemm bżonn iktar carers, Stewart u d-Diviżjoni tas-Saħħa mhux jaqblu fuq min għandu jħallas għal din iż-żieda.
Għall-kuntrarju, kelliema għal Stewart ċaħdet li hemm bżonn iktar carers u ddikjarat li r-ratio ta’ carers mal-ammont ta’ pazjenti jilħaq l-istandards lokali u internazzjonali.
F’nofs din it-taqbida bejn il-Gvern, li biegħ l-isptarijiet tal-poplu lill-privat, u Stewart Healthcare, issa qed ikomplu jbatu dawk l-iktar vulnerabbli.
//= $special ?>