Futbol Sport

Tliet plejers ta’ Hibernians fost l-għaxra sospiżi logħba mill-Kampjonat Premier

(Ritratt: Martin Agius)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda għaxar plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li għalqu l-ewwel rawnd. Hibernians kienu l-aktar milquta hekk kif għandhom tliet plejers sospiżi logħba. Dawn huma Bjorn Kristensen li tkeċċa kontra Gżira United u d-difensuri Andrei Agius u Leandro de Silveira li rċevew ir-raba’ karta safra fl-aħħar konfront. Huma se jitilfu l-ewwel logħba tal-2020 kontra Gudja United.

Il-plejers l-oħra sospiżi huma Aleksandar Kosoric ta’ Balzan, Maurizio Vella ta’ Birkirkara, Fernando Barbosa u Jefferson de Assis ta’ Gżira United, Gonzalo Virano ta’ Senglea Athletic, Brooke Farrugia u Destin Mambouana ta’ Tarxien Rainbows. L-uffiċjal ta’ Ħamrun Spartans Luca Piscitelli weħel żewġ logħbiet sospensjoni.

Farrugia u Mambouana se jitilfu l-konfront ta’ Tarxien kontra Mosta, il-midfielder ta’ Senglea Virano se jitlef il-logħba kontra Sirens, id-difensur Kosoric se jitlef il-konfront kontra Sliema Wanderers, Vella mhux se jilgħab fil-logħba ta’ Birkirkara kontra l-eks tim Floriana u ż-żewġ plejers ta’ Gżira United li tkeċċew fl-aħħar logħba, mhux se jilagħbu fid-dwell kontra Ħamrun Spartans.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Carl Cassar ta’ Lija Athletic, Kevin Camilleri u Kurt Magro ta’ Mqabba, Aleksandar Vujovic ta’ Pembroke Athleta, James Scicluna ta’ Pietà Hotspurs, Luca Martinelli ta’ Qrendi, Ian Azzopardi ta’ St. Andrews, Gaynor D’Amato ta’ St. George’s u Neil Tabone ta’ Żejtun Corinthians ġew sospiżi logħba. L-uffiċjal ta’ Lija Athletic Colin Ciantar ġie sospiż illejla.

Jean Pierre Attard ta’ Melita, Andrew Zammit ta’ Rabat Ajax u Ivan Bojovic ta’ Żurrieq huma t-tliet plejers sospiżi mit-Tieni Diviżjoni.

Mit-Tielet Diviżjoni, Daniel Cilia ta’ Dingli Swallows, Rio Micallef ta’ Għaxaq, Eman Camilleri ta’ Marsaskala, Cachel Vella ta’ Mdina Knights, Romario Brignone u Ikechukwu Igwemeke ta’ Siġġiewi ġew sospiżi logħba. Radnor Farrugia ta’ Marsaskala ġie sospiż tliet logħbiet