Lokali

Appell lil Michelle Muscat biex ma tagħtix tort lill-media

“Dear Michelle, you cannot blame the media for doing its job”

Din hi sentenza mil-editorjal tal-gazzetta The Malta Independent – editorjal li ffoka fuq Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Editorjal li fakkar lil Michelle Muscat li l-media ma kinitx kontra tagħha jew kontra r-raġel tagħha sempliċement għax hekk riedu jagħmlu … imma kien hemm raġuni.

Hu d-dover tal-media li tinvestiga u tistaqsi l-mistoqsijiet u żżomm lill-politiċi kontabbli għal dak li jagħmlu inkluż lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Biex ikun assigurat sa fejn hu possibbli li persuni bħal ma hu l-Prim Ministru ma jgħalqux għajnejhom għall-korruzzjoni… u skandli bħal ma’ ġara fil-każ ta’ Joseph Muscat.

L-editorjal ifakkar lil Michelle Muscat li żewġha minfok keċċa lil dawn in-nies issa qed jgħid li ġie ttradut meta kien ilu jiddefendijhom b-għama.

L-editorjal ta’ The Malta Independent ifakkar f’dak li qalet Michele Muscat ftit tal-jiem ilu fuq l-istazzjon Laburista fejn qalet li tul dawn l-aħħar sitt snin il-media kienet kontrijhom.

L-editur jgħid kif il-media ma setgħetx toqogħod lura milli toħroġ informazzjoni u tistaqsi mistoqsijiet li jistgħu ikunu inkonvenjent għal Michelle Muscat jew Joseph Muscat biex iwieġbu.

Jingħad wkoll li jekk bħala mart il-Prim Ministru tiddeċiedi li toħloq niċċa u tikkrea l-opportunitajiet biex titkellem u tidher allura se tingħata l-attenzjoni kemm jekk tkun fit-tajjeb u anke fil-ħażin.

L-editorjal jintemm billi jgħid li dan kollu mhux it-tort tal-media imma taghha, b’referenza għa Michelle Muscat.