Lokali

Efimova tibqa’ tinsisti li għandha l-provi dwar Egrant

“Ma tajtx kopji tad-dokumenti lill-maġistrat għax qalli li anke jekk nagħtihomlu, dawn ikunu nkisbu b’mod illegali”. Kliem Maria Efimova f’intervista li tat aktar kmieni llum lil eks prezentatur David Thake.

Hi spjegat li l-Maġistrat kien qallha li jekk kienet kisbet xi ħaġa illegalment u mingħajr ma kellha whistleblower status, dan seta’ jintuża kontriha stess. Qalet ukoll li raġuni oħra li żammitha mill tgħaddi d-dokumenti lill-Qorti kienet li l–Pulizija u l-Gvern Malta ma jistgħux jitqiesu bħala żewġ entitajiet indipendenti.

Efimova qed tgħid li dawn id-dokumenti kienu f’safe fil-kċina tal-Bank Pilatus. Hi baqgħet iżomm ma’ dak li qalet lura fl-2017 meta

Hi qalet li il-Bank Pilatus kellu żewġ sistemi paralleli – waħda li kienet aċċessibbli għal kulħadd u li ntweriet lill-FIAU u oħra li kienet tintuża biex iżżomm fiha tranżazzjonijiet li riedu jżommu mistura.

Efimova tkellmet ukoll dwar kif l-awtoritajiet Maltin żammewla l-passaport tagħha meta riedet tmur lura pajjiża biex tmur għall-funeral ta’ ommha u dwar il-mod kif ġiet trattata waqt l-interrogazzjonijiet.