“Kien fl-akbar umiltà u ċokon li twieled dak li kellu jwassal l-aktar messaġġ qawwi ta’ tama, fidwa u ferħ, u dan il-Milied għandu jfakkarna f’dak il-messaġġ b’saħtu”
Fil-messaġġ annwali tieghu tal-awgurju lin-nazzjon fi żmien il-Milied, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-siġra tal-Milied bir-rigali taħtha u n-nar jaqbad fil-fireplace huma biss simboli ta’ dawn il-festi, iżda it-tarbija fil-maxtura tfakkarna li l-Milied ma bediex bix-xinxilli u bir-rigali lussużi, iżda beda fi stalla, fil-faqar u fl-umiltà.
Adrian Delia qal li r-rigali li nqassmu jissimbolizzaw ir-rigali tat-tlett slaten maġi li żaru lil Ġesu Kristu fil-Grotta.
Hu qal li l-akbar faqar tal-lum mhuwiex dak materjali iżda huwa s-solitudni. Xi ħaġa li tinħass aktar w’aktar f’dawn iż-żminijiet ta’ festa fejn ħafna jkuna qed jiċċelebraw mal-familji u l-ħbieb, iżda fejn ħafna oħrajn ikunu waħedhom, mingħajr ħadd ma jżurhom jew ikellimhom.
Il-Kap tal-PN appella sabiex niftakru f’dawn in-nies u noffru ftit mill-ħin tagħna biex intaffulhom mid-dwejjaq u s-solitudni.
Hu fakkar ukoll f’dawk li bħalissa għaddejjin minn żminijiet diffiċli u faħħar l-impenn tal-volontiera f’oqsma differenti, u rringrazzja lil kull min hu involut fil-volontarjat.
Hu għalaq il-messaġġ tiegħu billi awgura Milied hieni lill Maltin u l-Għawdxin kollha.
//= $special ?>