Ekonomija Lokali

Operatur minn Monaco se jixtri Vodafone Malta

Il-Grupp internazzjonali Vodafone iffirma l-ftehim biex ibiegħ l-ishma kollha f’Vodafone Malta lill-operatur minn Monaco Telecom SAM

Skont aġenziji tal-aħbarijiet speċjalizzati fl-industrija tat-telekomunikazzjoni, Monaco Telecom se jakkwistaw Vodafone Malta għal €250 miljun

Il-ftehim hu suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni u mistenni jkun komplut sa l-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla. Għal xi żmien, il-kumpanija se tkun qed tibqa’ taħdem taħt l-isem Vodafone.