Internazzjonali

Persuni mejta fi sparatura fiċ-ċentru ta’ Moska

Tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li żewġt uffiċjali tas-sigurtà ndarbu serjament wara li raġel fetaħ in-nar fuq in-nies ftit passi bogħod mill-Pjazza ta’ Lubyanka, fiċ-Ċentru ta’ Moska, fir-Russja.

Il-każ seħħ biswit il-binja tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali Russa – eks binja tal-KGB – meta għal xi raġuni mhux magħrufa raġel spara lejn l-imsemmija binja bil-konsegwenza li tilef ħajtu uffiċjal tal-FSB. Ġurnali Russi rrapportaw li l-aggressur nqatel f’serje ta’ sparaturi mal-uffiċjali.

Ritratt tal-allegat suspettat

L-isparatura seħħet ftit wara li l-President Russu Vladimir Putin għamel il-konferenza stampa annwali li jwettaq mal-ġurnalisti.