Lokali

Christmas Market fil-Kitchen Garden b’risq l-MCCF

Ghall-ewwel darba gie organizzat Christmas Market fil-Kitchen Garden tal-President f’Ħ’Attard, bil-qliegħ kollu jmur għall-Malta Community Chest Fund

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-Christmas Market, il-President ta’ Malta George Vella stqar illi l-idea ta’ Christmas Market bdiet sabiex ikun jista’ jikkumplimenta l-ambjent tal-Kitchen Garden; post fejn jattendu diversi ġenituri b’uliedhom. U għalhekk, ikun sabiħ li jiżdied l-Ispirtu tal-Milied.

Waqt dan il-Christmas Market, wieħed jista’ jsib ħelu tradizzjonali bħall-qagħaq tal-għasel u mince pies, pjanti, il-ktieb mimli riċetti – tisjir mill qalb u diversi dekorazzjonijiet addadati għal dan iż-żmien.

Dan il-Christmas Market se jkun miftuħ għall-pubbliku mill-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru sal-Ħadd 22 ta’ Diċembru mill-għaxra ta’ filgħodu sas-sebgħa ta’ filgħaxija

Intant, il-President ta’ Malta ħabbar ukoll li President’s Fun Run li kellha ssir fl-24 ta’ Novembru, iżda tħassret minħabba l-maltemp, issa se ssir fis-26 ta’ Jannar li ġej.