Lokali

EBDA TKEĊĊIJA: Keith Schembri jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Laburista

L-eks Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri talab lill-Partit Laburista sabiex it-tessera tiegħu “tiġi mwaqqfa”. Dan wara l-mewġa ta’ kummenti li ħarġu fl-aħħar sigħat sabiex Schembri jitkeċċa immedjatament mill-Partit Laburista.

Fi kliem sempliċi, it-twaqqif tat-tessera tfisser li għalissa Keith Schembri se jieqaf milli jkun membru, u allura issospenda ruħu mill-Partit Laburista.

F’messaġġ twil fuq Facebook, Keith Schembri qal li l-Partit Laburista “għandu futur sabiħ”. Qal ukoll illi xorta għadu jemmen “fil-valuri ta’ dan il-partit”.

Din il-ġimgħa, Keith Schembri ftaħar illi kien hu li ta l-10 rebħiet elettorali lil-Lejber.