Lokali

Esebizzjoni ta’ informazzjoni fuq atleti u klabbs Naxxarin

Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar il-Ħamis filgħaxija nieda Esebizzjoni ta’ informazzjoni fuq atleti u klabbs Naxxarin flimkien ma’ memorabilia ta’ sports ta’ l-istess atleti u klabbs.

Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ il-President tal-kumitat Joe Spiteri irringrazzja lil atleti għal kontribut li taw sabiex din l-esebizzjoni setat tiġi imaterjalizata. Filwaqt li Segretarju tal-kumitat sezzjonali PN Naxxar u Tim Sport PN Andre’ Muscat, irringrazzja lill-istess atleti u l-klabbs għall-appoġġ li sab minnhom għax bis-saħħa tagħhom din l-esebizzjoni hija waħda prestiġjuża ħafna.

Huwa spjegga li n-Naxxar minn dejjem produċa atleti ta’ livell internazzjonali u huwa sinjal posittiv għal futur bl-ammont ta’ atleti żagħażagħ li hemm fin-Naxxar. Andre’ ħeġġeġ lil atleti jibqaw bl-impenn dedikat lejn l-isport rispettiv tagħhom, għax bis-saħħa t’hekk ikunu qegħdin jagħmlu isem lin-Naxxar u lill-pajjiżna.

Il-kelliem għall-opposizzjoni għaż-żagħażagħ, sports u ġlieda kontra l-obeżita’ l-Onor. Ryan Callus, għamel kemtejn ta’ għeluq qabel fetaħ il-wirja uffiċjalment, fejn huwa faħħar l-inżijattiva li l-kumitat sezzjonali ha sabiex il-każini tal-PN ma jibqawx jintużaw għal attivitajiet politiċi biss, għax bis-saħħa t’hekk nkomplu nikonfermaw kemm l-opposizzjoni għandha għal qalba l-isport inġenerali. L-Onor. Callus faħħar l-atleti u irringrazzjhom għas-suċċess li jagħmlu f’isem Malta. Filwaqt li saħaq li f’isem l-opposizjoni f’dawn is-sentejn li ilu kelliem għall-isport, ikonferma kemm għandna ħafna aktar bżonn naħdmu sabiex ninvestu ħafna aktar fl-isport. Il-Kelliem għall-opposizzjoni sema it-tlieta u tlettin proposta li l-Partit Nazzjonalista nieda f’Mejju li għadha għal isport.

Is-Sibt u l-Ħadd fil-għodu fl-istess każin fin-Naxxar se tkun għaddeja kompetizzjoni tas-Subbuteo organizzata minn Attard Subbuteo Club, waqt li l-esebizzjoni sportiva se tkun miftuħa waqt Milied Malti fin-Naxxar imtella mill-Kunsill Lokali Naxxar, nhar is-Sibt 21 ta’ Diċembru 2019 bejn il-17.30 u 21.30 kif ukoll l-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 bejn is-14.30 u t-20.00.

Preżenti għal ftuħ ta’ l-Esebizzjoni flimkien ma’ l-atleti u l-fmlijari  tagħhom kien hemm preżenti id-Deputati u l-Kandidati Nazzjonalista tat-12-il Distrett, il-Viċi Sindku u l-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar.