Lokali

Għal sena oħra organizzat Milied Mellieħi

Bejn id-19 u 22 ta’ Diċembru, għal sena oħra, fil-Mellieħa ser jiġi organizzat ‘Milied Mellieħi’.

L-attivita’ infetħet b’mod uffiċjali ilbieraħ filgħaxija permezz ta’ kunċert vokali fil-Knisja tal-Manikata bis-sehem tal-Kor tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina

Ilejla, mis-19.00 ‘l quddiem taħt it–tinda fil-Pjazza tal-Parroċċa ser ikun hemm varjeta’ mużikali bil-parteċipazzjoni ta’ Future Voices, Big Friends Guggen Musik Band u Tribute tal-Queen bl-isem ta’ Radio Queen

Għada, is-Sibt bejn l-10.00 u l-12.00 ser ikun hemm party għat-tfal fejn ser ikun hemm diversi logħob għat-tfal, face painting kif ukoll show minn karattri popolari mat-tfal. Wara nofsinhar, bejn it-3.30pm u l-4.30pm f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa ser tiġi organizzata attivita’ għall-anzjani .

Imbagħad filgħaxija mis-7.00pm ‘l quddiem ser ikun hemm varjeta’ mużikali taħt it-tinda fil-pjazza, fejn ser jieħdu sehem il-Kor Vuċijiet Vittorjani, Artemocion Dance and Leisure Studio, Maria Cini fuq il-Vjolin, Mark Anthony Bartolo – partecipant ta’ X-Factor u Tikka Band.

Fl-aħħar jum tal-attivia’, Il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru mis-18.00 ‘l quddiem se jkun hemm varjeta’ mużikali bil-parteċipazzjoni ta’ John Cutajar fuq il-pjanu, Kor tal-Għaqda Muzikali Imperial, Daniela Vella u Cassandra Scerri, Malta’s Children Choir, il-kantant popolari li ħa sehem waqt X-Factor 2018 Ben Purplle u l-Grupp JAMM bis-sehem ta’ talent lokali kif ukoll mill-kantanti Corazon u Neville.