Sport

Il-Manifest biex reġgħu bdew l-Olimpjadi jinbiegħ għal somma rekord waqt irkant

Fi rkant fi New York, tħallset is-somma rekord fl-isport ta’ $9 miljuni għal Manifest bl-ideat tal-Olimpjadi miktub minn Pierre De Coubertin fl-1892. Oriġinarjament dan id-dokument ta’ 5000 kelma f’14 il-paġna miktuba minn Pierre de Coubertin, kien stmat li ser iġib bejn $700,000 jew $1 miljun.

Madankollu fl-irkant li dam sejjer 12-il minuta bejn tmien persuni, li isimhom ma xxandarx però li huma kollezzjonisti privati, l-ammont finali tela’ għal ftit anqas minn $9 miljuni. Fil-passat, ir-rekord għal bejgħ ta’ memorabilja tal-isport kienet waħda mill-midalji ta’ Jesse Owens mirbuħa fl-Olimpjadi tal-1936 f’Berlin u li kienet inbiegħet ghal $1.5 miljun.

Dan id-dokument ta’ Pierre De Coubertin kien inkiteb sentejn qabel l-indirizz tiegħu fl-Università Sorbonne f’Pariġi fejn hemm ta’ bidu għal qawmien tal-Olimpjadi tal-era moderna bl-ewwel edizzjoni tal-1896 f’Pariġi. L-istess dokument huwa mifhum li kien intilef fi żmien it-tieni Gwerra Dinjija u fl-1990 bdiet tfittxija għalih minn Marquis d’Amat fejn huwa mifhum li kien fl-Iżvizzera f’kollezzjoni privata iżda b’ebda ħjiel ta’ kif kien wasal.