Lokali

Ir-ritratt li Silvio Schembri ma jridx jurik

Sa ftit sigħat ilu kien fuq Instagram. Issa, oħroġ il-għaġeb, ir-ritratt tneħħa.

Dan huwa ritratt illi juri lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jidħak u jiċċelebra ma’ Keith Schembri fl-elezzjoni ġenerali. Mhux hekk biss. Dakinhar, lil Keith Schembri kien sejjaħlu ‘mastermind’.

Għal xi raġuni, dan ir-ritratt tneħħa minn fuq Instagram.

Id-deputat Laburista tas-6 Distrett issa donnu li qed ibiddel id-diska u anke hu, bħal sħabu, f’daqqa waħda jħossu tradut. Għalkemm sa ftit xhur ilu, kien joħroġ għonqu b’mod inkundizjonat għal Joseph Muscat, Keith Schembri u dik li l-President Vella sejħilha “il-gang” li qed tmexxi l-pajjiż.