Lokali

“L-azzjoni qed tittieħed bl-investigazzjonijiet”

Se jkollna nistennew sakemm jinħatar mexxej ġdid tal-Partit Laburista u allura Prim Ministru ġdid sabiex tiġi ndirizzata l-kriżi politika.

Qal dan il-kandidat għat-tmexxija Laburista Robert Abela, waqt konferenza oħra tal-aħbarijiet fi-Pjazza tal-Ħamrun.

Net News jekk staqsa lil Robert Abela jekk hu bħala deputat flimkien mal-grupp parlamentari Laburista jistgħux jingħaqdu flimkien u jieħdu azzjoni mmedjata biex jindirizzaw il-kriżi politika.

Mistoqsi wkoll jekk jaħsibx li l-poplu għandu jingħata apoloġija għas-sitwazzjoni li qegħdin fiha u jekk għandiex tintalab apoloġija lill-familja tal-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia, Robert Abela qal li ma jaħsibx li hu l-każ li l-istat naqas u ma ppreveniex l-assasinju.

Il-media preżenti staqsiet lil Robert Abela dwar dak li ħareġ fl-aħħar sigħat mill-Qorti fejn Keith Schembri eks Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed ikun investigat fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Abela ħarab milli jwieġeb kif nies daqstant viċin Joseph Muscat qed ikunu nvestigati dwar l-assassinju u minflok qal li l-istat għame dak kollu possibbli fl-investigazzjonijiet.

Dwar jekk iżommx lill-Ministru Edward Scicluna u lil-Ministru Chris Cardona fil-kabinett jekk ikun hu Prim Ministru, Robert Abela qal li iva u dan minkejja li ghaddejja investigazzjoni kriminali dwarhom dwar il-mod kif ingħata l-kuntratt ta-Vitals.

Dwar x’jagħmel bid-direct orders u kuntratti mal-gvern  li -gvern ta’ Muscat ta’ Brain Tonna u Karl Cini tan-Nexia BT u li kienu huma li fetħu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, Robert Abela wieġeb billi qal li ma jafx x’kuntratti għandhom mal-gvern Brian Tonna u Karl Cini.