Lokali

Pieter Omtzigt b’ittra għal Chris Fearne u Robert Abela

Pieter Omzigt, Membru Parlamentari Olandiż u rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa bgħat ittra lill-kandidati li qed jiġġieldu għall-post ta’ Muscat fejn fiha stqarr kif dak li jinħatar Prim Ministru se jkun konxju tat-tħassib internazzjonali minħabba r-Rule of Law f’Malta.

Omzigt stqarr ukoll li se jkun qed jiġi Malta, f’Jannar, ftit wara li jinħatar il-Prim Ministru l-ġdid sabiex ikun jista’ jitkellem mal-Prim Ministru l-ġdid sabiex jiġbor informazzjoni dwar il-pjanijiet tal-gvern biex jindirizza l-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet pendenti tar-Rule of Law u biex jidentifika oqsma li fihom l-awtoritajiet maltin jistgħu jikkooperaw aktar.