Futbol Sport

Roma jsaħħu r-raba’ post b’rebħa kbira kontra Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Roma telgħu punt taħt Lazio b’rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Fiorentina fi Stadio Artemio Franchi. Għalihom dan kien il-ħames riżultat konsekuttiv li ma tilfux, b’total ta’ 13-il punt mirbuħ. Għal Fiorentina din kienet telfa oħra li żżommhom fit-tieni nofs tal-klassifika.

Il-Giallorossi fetħu l-iskor wara 19-il minuta f’azzjoni mill-isbaħ li fiha Lorenzo Pellegrini fetaħ lejn Nicolo Zaniolo li kompla għan-nofs lejn EDIN DZEKO, bl-attakkant jiskorja b’konklużjoni mill-ewwel.

Huma rduppjaw żewġ minuti wara bi free-kick mill-isbaħ ta’ ALEKSANDAR KOLAROV li ma tax ċans lil Bartlomiej Dragowski. Fiorentina daħlu fil-logħba fl-34 minuta b’konklużjoni mill-qrib ta’ MILAN BADELJ wara li xutt ta’ Martin Caceres.

Roma għamlu l-iskor fit-73 minuta meta l-midfielder LORENZO PELLEGRINI rċieva passaġġ ta’ Edin Dzeko u b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Dragowski. It-tim ta’ Fonseca saħansitra żied gowl ieħor fit-88 minuta meta f’kontrattakk, id-difiża ta’ Fiorentina nqabdet fuq sieq waħda, b’NICOLO ZANIOLO javvanza fuq il-lemin u skorja b’xutt fil-baxx.