Lokali

Sospensjoni tas-servizz tal-vapur fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena

Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, l-Gozo Channel ser tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn il-11.35 u t-15.00.

Fi stqarrija, l-kumpanija Gozo Channel ħabbret li s-servizz ser ikun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji u l-ħbieb tagħhom.

Fil-jumejn imsemmija, l-vjaġġi ta’ 11.35, 12.00, 12.45, 13.00, 13.30, 14.00 u
14.30 mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12.15, 12.45 13.30, 13.45,
14.15, 14.45 u 15.15 hrs miċ-Ċirkewwa m’humiex ser isiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.15, filwaqt li l-aħħar trip miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar . Wara nofsinhar, is-servizz jerġa jibda fit-15.00 mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr ikun dak tal-15.45

Il-Bord tad-Diretturi tal- Gozo Channel esprima wkoll l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu shifts twal u xi drabi f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċli.