Futbol Sport

Tintemm l-ispekulazzjoni …. Alderweireld iġedded il-kuntratt ma’ Tottenham

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Tottenham Toby Alderweireld iffirma kuntratt ġdid ma’ Tottenham sal-2023. Din l-aħbar iġġib fi tmiem spekulazzjoni li Alderweireld seta’ jħalli lit-tim Ingliż, hekk kif il-kuntratt preżenti kien se jiskadi fi tmiem l-istaġun.

Fl-ewwel kumment tiegħu, Alderweireld qal li ma għandux kliem biex jiddeskrivi ftit snin oħra ma’ Tottenham. Jien onorat li nilgħab għal dan il-klabb u jien biċċa żgħira biex ngħin lill-klabb jitla’ l-livell li jmiss fi ftit staġuni.

Rapport fil-media Ingliża qed jgħidu li l-Belġjan se jkollu salarju ta’ madwar €120,000 fil-ġimgħa, somma li Tottenham ma kinux ċerti li joffru lill-plejer ta’ 30 sena b’kuntratt fit-tul.