Sport Sport Ieħor

Il-flotta tal-Euromed Regatta bi sfida kawża tal-kundizzjonijiet diffiċli

(Ritratt: Rodrigo M. Rato/Malta Young Sailors Club)

It-tielet ġurnata tal-Euromed Regatta kienet ikkundizzjonata minn kundizzjonijiet diffiċli minħabba r-riħ li beda jlaħħaq  madwar 19-23 mil nawtiku fis-siegħa. L-irwiefen barra l-Bajja tal-Mellieħa bdew jilħqu madwar 37 mil nawtiku fis-siegħa u minħabba dan il-flotta daħlet l-aktar ġewwa possibbli. Kif spiċċaw l-ewwel tellieqa, kien hemm waqfien ftit fit-tul, qabel il-flotta tal-Optimist, Senior u Cadet reġgħu niżżlu d-dgħajjes biex jikkompeti fi tlett tlielaq oħra.

Wara r-riżultati tal-ewwel jumejn, il-flotta tal-Optimist, Senior u Cadet inqasmu fi tliet kategoriji li huma deheb, fidda u bronż.  Fil-klassi Senior tad-deheb, iċ-champion Ewropew Alessandro Cortese jinsab fit-tieni post wara Tommaso de Fontes. Fid-diviżjoni Cadet, Eric Fenech Pace għadu fuq quddiem u

Fis-sezzjoni Seniors tal-fidda Mia Klaboe tan-Norveġja tinsab fl-ewwel post u fid-diviżjoni Cadet Pierluigi Taccon Acton jinsab fil-quċċata. Fis-sezzjoni Seniors tal-bronż, fl-ewwel post hemm it-Taljana Marta La Greca u fid-diviżjoni Cadet hemm iċ-Ċiprijott Zoubovski.

Fil-klassi tal-Beginners, Alexander Fastenko u Felix Mulder għadhom fuq quddiem, anki jekk tal-ewwel ma kkompetiex u l-ieħor irtira.

Fil-klassi Laser u Radial kien hemm biss tellieqa waħda. Iċ-champion tad-dinja ta’ taħt il-21 sena fil-kategorija Laser 4.7 Anja von Allmnen kompliet tirbaħ. Iżda l-Olandiża spikkat ukoll għal ġest li għamlet mal-Amerikana Liliann Lucas li waqgħet il-baħar u ma setgħetx tpoġġi d-dgħajsa wieqfa. Minkejja l-ħin ristrett, von Allmen għenet lil Lucas u t-tnejn irnexxielhom jibdew fil-ħin. Fil-kategorija Radial, Gregory Mifsud irreġistra ir-rebħa tal-ġurnata, għalkemm Zachary Zammit xorta għadu jżomm il-quċċata.

Dawn ir-riżultati huma proviżorji u jkunu finali fl-aħħar ġurnata li hi għada. Il-flotta tkompla ttellaq fil-10.00am fil-Bajja tal-Mellieħa u l-għoti tal-premijiet huma skedati li jsiru fis-6.00pm. Għall-aħħar aġġornamenti u r-riżultati uffiċjali żuru is-sit elettroniku – https://euromed.maltayoungsailors.com