Ewropa Internazzjonali Unjoni Ewropea

L-Irlanda beżgħana mill-ftehim għall-kummerċ ħieles wara Brexit

Irish Taoiseach Leo Varadkar (R) and British prime minister Boris Johnson deliver a joint press conference at the Government Buildings in Dublin, Ireland, 09 September 2019.EPA-EFE/AIDAN CRAWLEY
Varadkar jitkellem wara l-vot fil-Commons

Il-Prim Ministru Irlandiż, Leo Varadkar, saħaq li l-Irlanda tinsab f’riskju bil-mod kif il-Prim Ministru Brittaniku, Boris Johnson, se jmexxi b’Brexit.

Dan wara li d-deputati fil-House of Commons ta’ Londra l-Ġimgħa appoġġjaw il-pjan tal-Prim Ministru Boris Johnson biex ir-Renju Unit jispiċċa minn membru tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar.

It-Taoiseach Irlandiż wera dan it-tħassib dwar Brexit u l-problema tal-kummerċ b’reazzjoni għal dan il-vot, minkejja li l-Ftehim ta’ Ħruġ irnexxielu jikseb ħafna f’dan ir-rigward.

Iżda se tkun triq twila sabiex l-Unjoni Ewropea, inkluż l-Irlanda, u r-Renju Unit jaqblu dwar ftehim għall-kummerċ ħieles sal-aħħar tal-2020. Minkejja dan, Varadkar qal li l-Gvern Irlandiż huwa lest biex fl-2020 jidħol fin-negozjati fi ħdan l-Unjoni Ewropea għal dan il-ftehim.