Inter għalqu s-sena 2019 b’mod pożittiv wara rebħa ta’ 4-0 fi Stadio Giuseppe Meazza kontra Genoa. B’hekk huma reġgħu jinsabu b’punti ndaqs ma’ Juventus wara 17-il logħba. Din il-logħba tista’ tkun l-aħħar għal Thiago Motta bħala kowċ ta’ Genoa.
ROMELU LUKAKU fetaħ l-iskor fil-31 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna wara kross mil-lemin. Ftit sekondi wara Inter irduppjaw b’passaġġ ta’ Lukaku lejn ROBERTO GAGLIARDINI li b’xutt li kien ftit imxellef spiċċa fix-xibka.
Inter għalqu l-logħba fl-64 minuta meta ngħataw penalty għal fawl fuq Gagliardini fil-kaxxa. Lukaku għażel li jċedi l-penalty liż-żagħżugħ SEBASTIANO ESPOSITO li skorja l-ewwel gowl fis-Serie A. ROMELU LUKAKU skorja t-12-il gowl fil-kampjonat fil-71 minuta b’xutt b’saħħtu għar-rokna ta’ fuq.
//= $special ?>