Għal dawn l-aħħar 300 sena, il-belt Ġermaniża ta’ Triberg, fil-Black Forest, kienet magħrufa għal cuckoo clock, arloġġ li jdoqq billi jimita daqquqa kaħla, magħrufa aħjar bħala l-cuckoo bird.
Sabiex jikkumpensa għat-tnaqqis fil-bejgħ ta’ dawn l-arloġġi fil-bidu tas-seklu 21, l-arluġġar Ġermaniż, Ingolf Haas, li jaħdem f’ħanut antik 125 sena, dan l-aħħar beda jimmanifattura dawn l-arloġġi b’disinn aktar modern u effiċjenti.
Grazzi għalhekk, il-bejgħ ta’ dan l-arloġġ ittripla meta kkumparat mal-bejgħ ta’ cuckoo clocks tradizzjonali. Cuckoo clock tradizzjonali, li jinbiegħ ftit passi ’l-bogħod minn dan il-ħanut, kapaċi jinbiegħ għal €23,000.
Dawn l-arloġġi magħmula fil-Black Forest ilhom magħna sa mis-seklu 18 u saru sensazzjoni dinjija. Fl-istat ta’ Baden Wurttemberg, fejn tinsab il-foresta, wieħed saħansitra jista jsib l-akbar cuckoo clocks fid-dinja.
//= $special ?>