Lokali

Tnejn arrestati wara sejba droga f’Għawdex

Aktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara ġew arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ sejba droga f’Għawdex.

Il-każ seħħ tul il-jum tal-Ġimgħa meta żewġ żgħażagħ; wieħed ta’ 27 sena min-Nadur u oħra ta’ 26 sena mix-Xagħra ġew arrestati wara li nstabet ħaxixa tal-Cannabis flimkien ma’ pakketti bi trab abjad suspettat droga kokaina lesta sabiex tiġi traffikata, fl-appartament tagħhom.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret numru ta esperti sabiex jassistuha.