Lokali

‘Aladin’ – Il-Pentow bil-malti

Il-Ħadd ingħata bidu għad-diversi rappreżentazzjonijiet tal-pantomina bil-Malti Aladin, avveniment annwali tradizzjonali fit-tearu tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana.

Din hi d-19-il sena konsekuttiva li Kumpanija Teatru Rjal qed ittella’ dan l-ispettaklu li dejjem ġibed mijiet kbar ta’ nies.

Aladin hi storja li fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi u bl-ingredjenti li jiżdidulha, karatteristiċi ta’ pantomima, żgur li toħloq spettaklu mimli daħq, kuluri, kant, żfin u reċtar.

Tkellimna mad-Direttur tal-Kumpanija Teatru Rjal, Pawlu Testa, fejn staqsejnih għalfejn wieħed m’għandux jitlef din il-pantomina…C

F’Alladin jieħdu sehem Rodney Gauci bħala d-dama, Mario Cassar bħala Aladin, flimkien ma’ diversi atturi u kantanti oħrajn bħal Michaela Galea, Louis Andrew Cassar, Lee-N, Brian Farrugia, Jeffrey Scicluna, Jurgen Ciantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion u Leah Mifsud.Il-koreografija hi tal-Kinetic Dance Studio b’mużika live mill-band immexxija minn Conrad Briffa. Il-Pantomina bil-Malti Aladin tkompli b’diversi rappreżentazzjonijiet matul il-jiem tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, minbarra żewġ rappreżentazzjonijiet f’Jannar.