Lokali

Il-PN jibqa’ jiddefendi r-reputazzjoni ta’ pajjiżna

L-importanza li Malta terġa’ tikseb lura r-reputazzjoni t-tajba li dejjem kellha kienet fil-qofol tal-messaġġ li waslu diversi kelliema waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla.

Alex Perici Calascione, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN tkellem dwar kif fl-aħħar ġimgħat għexna żmijiet li qatt ma konna għexna bħalhom.

Tkellem dwar ir-rapport Egrant li ħareġ mill-moħba ta’ Kastilja, wara sentejn… Grazzi għall-Kap tal-PN Adrian Delia.

Dan waqt li fakkar fir-responsabbilta li għandu il-Partit Nazzjonalista sabiex ħadd ma jerġa’ jittradixxi lil Malta bil-mod li ġiet traduta taħt il-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Minn naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Transport u L-Infrastruttura Toni Bezzina tkellem dwar kif dan il-Milied mhux Milied bħall-oħrajn. Dan għax pajjiżna hu l-uniku wieħed fejn l-Uffiċju tal-Prim Ministru qed jiġi investigat għal assissinju ta’ ġurnalista

Huwa talab lill-President George Vella sabiex fil-pubbliku isejjaħ lil Joseph Muscat sabiex iħalli Kastilja.C

Kelliem ieħor f’din l-attivita’ kien il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar  is-Saħħa Stephen Spiteri li tkellem dwar kif il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem sabiex ireġġa lura t-3 sptarijiet li nbiegħu lill-privat lura għall-Maltin.

Huwa fakkar kif il-proġett tal-Universita tal-Ġordaniżi ma kienx investiment fl-edukazzjoni għax kellu studenti mill-inqas, ma kellux kontribut għal-ekonomija nazzjonali iżda  ħataf art verġni f’żonqor.

Fid-dawl ta’ dan innota kif kemm il-bejgħ tal-isptarijiet kif ukoll l-proġett tal-Ġordaniżi m’għarfux l-interess tal-Maltin iżda ta’ dawk il-ftit li qed igawdu ħafna.