Illum huwa l-aħħar Ħadd qabel il-Miliedu bla dubju li f’din il-ġurnata jirrankaw sew it-tħejjijiet għal din il-festa tant għażiża għalina l-Maltin.
Dawn il-ġranet huma sinonimi mal-aħħar ġirja għar-rigali, ikliet tax-xogħol, okkażjonijiet li jlaqqgħu flimkien il-familji, divertiment għat-tfal u anke safar.
Iżda f’pajjiżna jibqgħu ħajjin ukoll dawk li huma tradizzjonijiet assoċjati ma’ dan iż-żmien tas-sena – il-quddiesa ta’ Lejliet il-Milied, il-Priedka tat-Tfal, l-armar tal-presepju tradizzjonali u anke l-purċissjoni tal-bambin organizzata mis-Soċjeta’ tal-MUSEUM.
Jidher li f’dawn il-jiem ir-riħ se jippersisti, filwaqt li għada mistennija ukoll xi ħalbiet tax-xita. Għalkemm dan żgur li mhu se jtellef xejn mill-ispirtu festiv u ċ-ċelebrazzjonijiet.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>