Numru kbir ta’ Spanjoli qed jiċċelebraw wara li rebħu somom ta’ flus mil-lotterija l-kbira tal-Milied, magħrufa bħala ‘El Gordo’ (‘il-ħoxna’).
Din il-lotterija, li t-tlugħ tagħha sar fit-Teatru Rjali ta’ Madrid, hi l-aktar waħda sinjura fid-dinja u ssir kull sena waqt dawn iż-żmenijiet. Qabel it-tlugħ, għexieren ta’ abbonaturi ( bil-biljetti) – ħafna minnhom lebsin il-kostumi spettakolari u sinonimi mal-istaġun — kienu damu s-sigħat jistennew għall-mument importanti barra l-opera house, bl-‘El Gordo’ ta’ din is-sena jinvolvi premjijiet ekwivalenti għal 2.38 biljun ewro.
Din il-lotterija tiggarantixxi premju ewlieni ta’ erba’ miljun ewro flimkien ma’ eluf ta’ premjijiet iżgħar. L-istruttura tal-lotterija, fuq bażi ta’ jackpot, hi maħsuba biex tippermetti l-massimu tar-rebbieħa – fejn iċ-ċansijiet huma kbar li l-ġokaturi jirbħu, almenu, xi ħaġa żgħira tal-flus.
Kull sena, miljuni ta’ nies fi Spanja – b’mod partikulari l-ħbieb u familji — jiftehmu biex jilgħabu bħala grupp bil-għan li jiżdiedu ċ-ċansijiet tagħhom għar-rebħ.
//= $special ?>