Lokali

Twissija ta’ riħ qawwi għas-sigħat li ġejjin

L-irwiefen ser ikomplu jifilġu l-Gżejjer Maltin. Tbassir maħruġ mill-Uffiċċju Meteoroloġiku wera li fis-sigħat li ġejjin ir-riħ ser ikun qed jitqawwa għall-Forza 7 mill-Majjistral.

Din it-twissija għandha fis-seħħ sal-22.00hrs madanakollu mistenni tiġi estiża hekk kif huwa mbassar li tul il-jum ta’ għada, t-Tnejn 23 ta’ Diċembru, l-irwiefen ser jilħqu l-qawwa ta’ Forza 8.

Saħansitra kawża tal-maltemp u l-baħar qawwi, Virtu Ferries avżaw li l-vjaġġi tat-Tnejn ġew kkanċellati. Dan kollu sabiex tiġi salvagwardata saħħet il-passiġġieri.

https://www.facebook.com/virtuferries/posts/10157199408483978

Sadanittant il-qawwa tar-riħ għall-Milied u lejlietu mistenni jikkalma għal Forza 6.