Internazzjonali

5 jingħataw il-piena tal-mewt għall-assassinju ta’ Jamal Khashoggi

Qorti fl-Arabja Sawdija kkundannat 5 persuni għall-mewt b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

Il-prosekutur Għarbi kkundanna wkoll lil tlett persuni oħra għal total ta’ 24 sena ħabs fuq l-assassinju li seħħ f’Konslu tal-Arabja Sawdija f’Istanbul it-Turkija. Khashoggi nqatel fit-2 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet wara li żar il-Konslu ta’ pajjiżu biex jikseb dokumenti sabiex ikun jista’ jiżżewweġ.

Il-Gvern Sawdi kien ta diversi spjegazzjonijiet dwar dak li seħħ fil-ġimgħat wara l-qtil tal-ġurnalist, iżda fl-aħħar tefa’ l-ħtija fuq 11-il uffiċjal involuti fi ġlieda fil-Konslu Tork.

Il-Konsulent primarju tal-Princiep Sawdi ma nstabux provi li jinkriminawh f’dan il-qtil skont il-istazzjon televiżiv tal-istat Al Ekhbariya.

Recordings tal-aħħar kliem tal-ġurnalist jixhdu li hu kien qed jitlob bil-ħniena lill-qattiela tiegħu biex ma jgħattulux ħalqu għax kien ibati bl-asthma u seta’ jifga.

Khashoggi kien qed jaħdem fuq proġett sigriet li jinvolvi lill-Gvern Sawdit qable ma nqatel brutalment.