Futbol Sport

Atletico Madrid interessati f’Cavani

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Edinson Cavani jinsab viċin li jingħaqad ma’ Atletico Madrid fl-istaġun li ġej. Jidher li l-kowċ tal-klabb Spanjol Diego Simeone jixtieq iżid attakkant ieħor u jara lill-Urugwajan bħala l-plejer ideali.

Il-wasla ta’ Mauro Icardi ma’ Paris Saint-Germain wassal lil Cavani biex tilef postu mill-formazzjoni inizjali. PSG qed iħarsu li jżommu lil Cavani sa tmiem l-istaġun, anki biex ma jtemmux ir-relazzjoni f’daqqa ma’ plejer li kien leali lejn il-klabb matul is-snin.

Cavani li għandu 32 sena, ikun bla kuntratt fis-sajf li ġej, iżda Atletico qed ifittxu li jakkwistawh f’Jannar biex itejbu l-iskwadra għat-tieni parti tal-istaġun. Ir-rapporti qed jgħidu li Cavani ġie offrut kuntratt ta’ sentejn u nofs u teżisti possibbiltà li jista’ jsir trasferiment f’Jannar.