Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison, insista li mhux se jimplimenta qtugħ bl-addoċċ fl-industrija tal-faħam tal-Awstralja, minkejja l-kritika dwar ir-reazzjoni tal-Gvern għall-bidliet fil-klima – u fuq kollox il-kriżi tan-nirien li qed tipperikola l-ħajja u proprjetà f’diversi Stati Awstraljani.
Dan meta n-nirien li ilhom jaqbdu minn Settembru s’issa qerdu mijiet ta’ djar, b’talanqas disa’ persuni jitilfu ħajjithom b’konsegwenza.
Intant, Morrison, fl-aħħar jiem spiċċa kundannat minn ħafna Awstraljani talli, waqt l-eqqel tal-kriżi, kien mar iqatta btajjel fil-Hawaii, flimkien mal-familja tiegħu.
U għalkemm Morrison qata ħesrem il-vaganza u rritorna l-Awstralja, hu, fl-aħħar sigħat, tenna bla tlaqliq li l-ebda tibdil fil-politika relatata mal-industrija tal-faħam mgħandha tkun ikkundizzjonata mill-paniku.
Morrison spjega li hu, f’dan il-każ, mgħandux jissodisfa s-sejħiet ta’ uħud u jieħu azzjonijiet li jeqirdu x-xogħol u jaffettwaw ħażin lill-ekonomija.
L-Awstralja ilha tappoġġja politika ta’ enerġija li tibbaża fuq il-faħam għall-valur ekonomiku. Dan minkejja r-rakkomandazzjonijeit ta’ rapport ewlieni dwar il-bidliet fil-klima – u meta l-industrija tal-faħam qed timpjega magħha xi 38,000 ħaddiema.
//= $special ?>