“Bnedmin ta’ rieda tajba – Min huma?”
Fr Charles Tabone se jkun qed jiddiskuti din it-tema waqt il-quddiesa ta’ lejliet il-Milied, li se ssir fid-Dar tal-Providenza s-Siggiewi.
Ma’ Net News, Fr Charles Tabone spjega li din il-quddiesa tiġi organizzata miż-żgħażagħ tal-Knisja tan- Nazzarenu ta’ Tas Sliema. Quddiesa ta’ nofsillejl li għaliha jattendu ħafna, l-aktar żgħażagh.
Fr Charles spjega li din il-quddiesa ta’ nofsillejl tkun bi stil żgħażugħ u din is-sena se jkun hemm aktar minn 1,000 siġġu għal dawk li jattendu.
Naturalment ma jonqsux l-elementi tradizzjonali tal-quddiesa ta’ nofsillejl, fosthom il-priedka tal-Milied u t-tarbija f’maxtura li tisimbolizza lil Ġesu’.
Fr Charles Tabone irringrazzja lid-Dar tal-Providenza tas-support li toffri biex tiġi organizzata din il-quddiesa u appella wkoll sabiex min jixtieq jattendi għall-quddiesa ta’ nofsillejl, li tibda għall-ħabta tal-11.30pm, jaħsiblu kmieni biex flimkien maż-żgħażagħ jingħaqad fl-ispirtu tal-Milied, ta’ Ġesu’.
//= $special ?>