Lokali

Jintlaqat minn mutur fil-Mosta

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.50p.m. fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta meta raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta intlaqat minn mutur tal-għamla Piaggio Vespa misjuq minn mara ta’ 28 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.