Lokali Qorti

L-ewwel tfittxija f’Kastilja saret fil-5 ta’ Diċembru … Keith Schembri kien arrestat ġimgħa u nofs qabel

Bħalissa qed issir investigazzjoni fuq il-linja ta’ Keith Schembri bil-għan li jinstab il-mobile

FIl-Qorti bħalissa qed tkompli l-kumpilazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Punti ewlenin li ħarġu llum:

  • Il-mobile ta’ Keith Schembri għadu ma nstabx.
  • Keith Schembri ma jridx jgħati l-passwords tal-email u l-icloud lill-pulizija.
  • It-tfittxija fl-uffiċċju ta’ Keith Schembri saret ġimgħa u nofs wara l-arrest ta’ Schembri mingħajr involviment tal-Europol.
  • Keith Schembri kellu telefonata mat-tabib Adrian Vella waqt li l-pulizija kienet qed tħabbatlu mal-bieb tad-dar. X’ħin fetaħ, sabu l-mobile tiegħu imħassar minn kollox.
  • Keith Arnaud jgħid “żelqulna ħafna affarijiet” waqt l-investigazzjoni 

Preżenti fil-qorti, l-investigatur Keith Arnaud li niftakkru fl-aħħar xhieda tiegħu kien qal li Keith Schmebri qed jiġi investigat fuq l-assissinju u tbgħabis ta’ evidenza. Dakinhar ħarġet l-aħbar li l-mobile ta’ Keith Schembri baqa’ qatt ma nstab.

Fil-Qorti hawn ukoll l-imprenditur Yorgen Fenech akkumpanjat minn numru ta’ gwardjani tal-ħabs. Għal Fenech qed jidhru l-avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri.

Differenti minn dak li ġara fl-arrest ta’ Schembri, waqt l-arrest ta’ Fenech, instab mobile li millewwel ingħata lill-Europol kif ukoll laptop li wkoll għadda għal aktar investigazzjoni. Fil-qorti issemma’ li nstabu numru ta’ mobile, numru ta’ laptops u ħafna affarijiet elettroniċi oħra. Waqt l-ewwel tfittxijiet instabu wkoll madwar 5 cards ta’ kontijiet bankarji differenti, apparti 7,000 Ewro fi flus kontanti li nstabu fuq il-yatch. Il-pulizija kkonfermat li Yorgen Fenech dejjem ikkopera u kellu mġieba tajba kemm waqt l-arresti kif ukoll meta kien fuq police bail fejn saħansitra raqad fuq is-sufan meta mitlub jagħmel hekk mill-pulizija.

Fil-Qorti llum ħareġ li t-tabib Adrian Vella kien imsejjaħ fid-dar ta’ Yorgen Fenech fil-ġurnata li kien arrestat fuq il-yatch tiegħu għaliex Fenech ħassu ma jiflaħx.

Il-kumpilazzjoni qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fejn preżenti fl-awla numru 9 tal-qorti kien hemm il-familjari ta’ Daphne Caruana Galizia. L-avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia, Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia qed jidhru bħala parte civile.

Il-Kaxxa u l-arrest ta’ Melvin Theuma:

Fid-9 ta’ Settemrbu il-pulizija irċivew rapport rigward Melvin Theuma fejn kienet bdiet investigazzjoni finanzjarja fuq Melvin Theuma u l-aġir tiegħu.

Kien hemm indikazzjoni li Theuma seta’ kien ta’ persuna ta’ interess fl-investigazzjoni fl-assissinja tal-ġurnalista Daphne Carauana Galizia.

Każijiet ta’ ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa bdew joħorġu waqt l-investigazzjoni.

L-investigazzjoni f’dan il-każ kienet lesta fl-aħħar ta’ Novembru fejn ħarġet id-data 16 biex isir l-arrest.

Thuema kien jopera attività ta’ illegal gaming u ddeċidew li l-arrest isir is-Sibt 16 ta’ Novembru.

Fit-12 ta’ Novembru kienet saret laqgħa mal-maġistrat tal-għassa Gabriella Vella fejn kienu ħarġu l-mandati tal-arrest u tfittxija.

Fl-14 ta’ Novembru, Melvin Theuma kellu movimenti differenti minn tas-soltu u kien ħadem minn postijiet mhux tas-soltu. Kien ġie deċiż li l-arrest issir hemmek qabel iż-żmien indikat qabel.

Melvin Theuma kien fl-akwati taċ-ċentru ta’ Malta fejn imbgħad beda miexi lejn is-South ta’ Malta fejn kienet identifikata l-vettura ta’ Theuma fejn kien arrrestat fuq evazjoni ta’ taxxa u ħasil ta’ flus.

Kien hemmek illu hu kien indika li għandu kaxxa li fiha affarijiet ta’ interess u vitali. Kaxxa bajda tal-ġelat li kienet issiġillata minnifuh mill-pulizija mingħajr ma nfetħet u baqgħet fil-preżenza ta’ Theuma u l-Pulizija. Hu ried li jiftaha quddiem il-Kummisarju tal-Pulizija u l-Avukati tiegħu.

Din il-kaxxa infetħet fil-preżenza tal-Maġistrat Gabriella Vella wkoll fejn instabu tliet mobiles, USB cable, tliet pendrives, u żewġ pakketti b’numru kbir ta’ ritratti. Wieħed mir-ritratti kellu lil Keith Schembri u kien hemmek fejn issemma’ Schembri b’mod uffiċjali fl-investigazzjoni, minn terzi parti quddiem il-pulizija, inkluż linvestigatur Keith Arnaud u l-Kumissarju tal-Pulizija.

Il-Mobile ta’ Keith Schembri:

L-investigazzjoni fuq Schembri għada għaddejja, bl-għan li jinstab dan il-mobile. Il-pulizija tikkonferma li ma qalitx lil Schmebri biex imur id-depot biex jingħata xi mobile. Bħalissa qed issir investigazzjoni fuq il-linja ta’ Keith Schembri bil-għan li jinstab il-mobile. Jidher li Keith Schembri minkejja li qal li tilef il-mobile, baqa’ qatt ma għamel rapport l-għassa jgħid li tilfu jew fejn.

Keith Arnaud ma jiftakarx jekk Schembri qallux meta jew fejn tilfu.

Riċenti reġa’ kien mitkellem it-tabib Adrian Vella fejn ikkonferma li kien għamel kuntatt ma’ Keith Schembri ftit qabel it-tabib ma kien arrestat fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Schembri kien qal lit-tabib “iftħilhom” pero x’ħin fetaħ u saqsew għall-mobile, il-pulizija sabu li l-mobile tat-tabib kellu kollox imħassar minn fuqu u s’issa għadhom ma ġabux l-affarijiet lura minnu.

Kastilja:

Is-searches f’Kastilja saru jiem wara l-arrest ta’ Keith Schembri imma bid-differenza ta’ dak li ġara fl-uffiċċju ta’ Yorgen Fenech fejn kien hemm tfittxijiet millewel u għassa stretta mal-bieb,  f’Kastilja qatt ma kien hemm sigurtà mal-uffiċċju ta’ Keith Schembri wara li dan tal-aħħar kien arrestat.

L-uffiċċju ta’ Keith Schembri kien issiġillat min-nies li jaħdmu Kastilja biċ-ċwievet jibqgħu għand iċ-Chief of Staff il-ġdid pero dan kollu mingħajr ebda preżenza ta’ pulizija.

L-investigaturi qed joqgħodu fuq il-kelma ta’ membri tal-istaff f’Kastilja li ħadd ma daħal fl-uffiċċju ta’ Schembri.

L-ewwel tfitxija f’Kastila saret fil-5 ta’ Diċembru mingħajr il-preżenza tal-Europol.

Keith Schembri kien mitlub jgħati l-passwords tiegħu lill-pulizija ida hu ma xtaqx itihom. Il-pulizija sal-lum għad m’għandiex il-passwords ta’ Schembri. Din l-aħbar xokkanti ħarġet wara li l-Avukat Jason Azzopardi staqsa lil Keith Arnaud dwar dan waqt kontro-eżami.

Keith Arnaud jgħid “żelqulna ħafna affarijiet” waqt l-investigazzjoni u rrefera għal numru ta’ truf li għad hemm.

Recordings:

Għalkemm s’issa ħadd għadu ma sema’ dawn ir-recordings, l-ispettur Keith Arnaud ikkonferma li fihom jissemmew, il-Prim Ministru Joseph Muscat bħala ‘ix-xiħ’, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, Keith Schembri u l-investigatur Keith Arnaud innifsu. Dan meta Yorgen Fenech kien qiegħed ifihem lil Melvin Theuma x’qed jintqal fil-meetings sigrieti ta’ Kastilja.

Talba għall-ħelsien mill-arrest:

Id-difiża qed tgħid li filwaqt li hemm ħafna nies qed jiġu investigati, Yorgen Fenech jinsab il-ħabż filwaqt li ħaddieħor filwaqt li hemm provi fuqhom, qed igawdu minn kull ħelsien.

Il-Qorti semgħet kif Yorgen Fenech kien taħt sorveljanza strett mill-pulizija waqt il-Police Bail fejn l-uffiċjali tal-pulizija saħqu li Fenech dejjem ikkopera.

Id-difiża tgħid li Yorgen Fenech ma pruvax jaħrab kif intqal għaliex intqal li l-pulizija ma investigatx dan biex tivverifika jekk huwx vera kien se jaħrab jew le.

Id-difiża qed tgħid li kieku prova jaħrab ma kienx jieħu biss 7,000 Ewro miegħu fuq yatch ta’ dak il-kobor.

L-Avukat Ġenerali kiteb dwar il-ħolqien ta’ diżordni pubblika dwar jekk Yorgen Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest. Id-difiża qed tgħid li l-protesti fit-toroq m’humiex fuq Yorgen Fenech imma dwar in-nuqqas ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dan il-każ u l-korruzzjoni li hawn f’Malta b’messaġġ lejn il-Gvern.

Il-pulizija mill-ġdid tikkonferma li Yorgen Fenech ikkopera dejjem u kellu pulizija miegħu fuq talba tal-pulizija tiegħu stess iżda qed jgħidu li ħabba li kien fuq il-police bail qatt ma kien se jipprova jaħrab għaliex anke kien qed jistenna konferma jew le dwar il-proklama li talab.

Il-pulizija qed tgħid li għalkemm m’hemmx konferma li prova jaħrab, il-kaptan kien ġej lura Malta iżda Yorgen Fenech kien se jibqa’ Sqallija.

Id-difiża qed tgħid li filwaqt li qed tintilef evidenza u jintilfu mobiles, Yorgen Fenech qiegħed il-ħabs u ħaddieħor għadu jiġri barra.

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech ġiet miċħuda.

Il-każ ser ikompli fit-30 ta’ Jannar fl-10AM.