Sport Sport Ieħor

Luxol rebbieħa tal-Christmas Cup

(Ritratt: Joe Borg)

Il-ġimgħa l-oħra fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, ġiet fi tmiemha l-Christmas Cup. L-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni kienet li jinġabru fondi b’risq l-Istrina.

Fil-finali, iċ-champions lokali Luxol Futsal rebħu dan it-trofew wara li għelbu lil Valletta Futsal 6-0. Il-gowls waslu minn doppjetta ta’ Carl Azzopardi filwaqt li Celino Alves, Everton Vevè, Andy Mangion u Mark Zammit skorjaw gowl kull wieħed.

Fi tmiem il-partita, il-Viċi President tal-Malta Football Association Matthew Paris ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Luxol Mark Zammit fost il-ferħ ta’ sħabu.