Lokali

AĠĠORNATA:Malta u Għawdex bla provvista tal-elettriku; il-Gvern iwaħħal fl-interconnector

Kmieni dalgħodu inqatgħet il-provvista tal-elettriku f’Malta u Għawdex.

Għall-ħabta ta’ xi s-7.20am ħafna kienu dawk li rrappurtaw li nqatgħalho id-dawl, u l-isptar Mater Dei spiċċa jaħdem bil-generators.

X’aktarx li l-qtugħ effettwa lil Malta u Għawdex kollu.

Intant ikkuntattjati minn Net News, Enemalta qalu li l-qtugħ kien riżultat ta’ ħsara fl-interconnector. Il-provvista bdiet ġejja lura, iżda mhux fil-partijiet kollha tal-gżejjer Maltin.

L-aħħar darba li kien hawn qtugħ tal-provvista tal-pajjiż kollu kien nhar i2-26 ta’ Novembru. Dakinhar, kienu ħabbru r-riżenji tagħhom l-eks Chief of Staff tal-Prim MInistru Keith Schembri u l-eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi, u kien issospenda ruħu l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona.

Dakinhar, l-Enemalta wara li għamlet inkjesta interna ukoll kienet qalet li l-qtugħ kien riżultat ta’ ħsara fl-interconnector.

Mhux magħruf għaliex f’mumenti bħal dawn, il-provvista ta’ l-elettriku ma taqlibx għal dak mill-powerstation il-ġdida tal-Electrogas.

Intant, illum fi stqarrija oħra l-Enemalta qalet li l-inġiniera tagħha għadhom qed jippruvaw jistabbilixxu x’wassal għall-qtugħ tal-lum u qed jaħdmu biex isewwu l-ħsarat,