Sport Sport Ieħor

Matthew Asciak jiddomina l-finali u jirbaħ it-tournament tal-Masters

(Ritratt: BOV)

Matthew Asciak hu r-rebbieħ tal-BOV Tennis Masters tournament wara li fil-finali għeleb lil Liam Degabriele 6-1, 6-0. B’hekk hu reġa’ rebaħ l-unur li kien rebaħ għal ħames snin konsekuttivi wara li s-sena l-oħra ma pparteċipax minħabba li kien imweġġa’.

Asciak iddomina din l-edizzjoni hekk kif tilef biss erba’ logħbiet tul il-kompetizzjoni kollha. Dan wara li fil-fażi tal-gruppi kiseb rebħiet ta’ 6-0, 6-0 kontra Julian Sammut, 6-1, 6-0 kontra Liam Delicata u 6-1, 6-0 kontra Mark Gatt. Fis-semifinali hu għeleb lil Denzil Agius 6-1, 6-0.

Il-Manager tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Bank of Valletta Daniel Magrin u l-President tal-Malta Tennis Federation ippreżentaw il-premijiet u t-trofej lir-rebbieħ.