Raġel mill-Kolombja ta’ 31 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10p.m. f’San Ġiljan.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ fi blokka ta’ garaxxijiet fi Triq il-Baltiku meta għal xi raġuni, ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet filati. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella kienet infurmata bil-każ u ħatret esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>