Għal sena oħra l-bibien tal-Kurja tal-Arċisqof se jkunu miftħa għall-ikla tal-Milied li torganizza Caritas Malta.
Din se tkun il-ħames sena li se ssir din l-ikla li l-iskop tagħha hu li tilqa’ lil dawk li jew m’għandhomx ma min iqattgħu Jum il-Milied u allura min qed iħossu waħdu jew min m’għandux biejjed flus biex jiekol f’Jum il-Milied.
Waqt konferenza ta-ahbarijiet inghataw id-dettalji dwar l-ikla u l-preparamenti li ghaddejjin.
Anthony Gatt, Direttur tal-Caritas, spjega kif matul dawn il-5 snin raw żieda fl-ammont ta’ nies li għażlu li jmorru għal din l-ikla. Din is-sena, il-Fondazzjoni Alfred Mizzi se tgħin billi tipprovdi l-ikel u t-tisjir.
Din l-ikla f’Jum il-Milied ssir grazzi wkoll għal entitajiet oħra bħall-Uffiċċju tal-President li jgħin sabiex tingħata deżerta waqt l-ikla. Anke s-St Peter’s Foundation tgħin bili tipprovdi dak kollu li mhux relatat mal-ikel bħal per eżempju l-frieket u s-skieken.
Id-Direttur tal-Caritas qal li waqt l-ikla ta’ Jum il-Milied din is-sena se ssir enfasi fuq l-ambjent. Infatti evitaw is-single use plastic. Dan minbarra li fuq kollox issir l-enfasi fuq il-fatt li huma qed jilqgħu lil dawk li jħossuhom waħedhom.
Id-Direttur tal-Caritas rringrazzja lill-voluntiera li mingħajrhom din l-ikla żgur ma tkunx possibbli.
//= $special ?>