Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur ta’ 67 mir-Raħal Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ ftit qabel nofsinhar fi Triq Hompesch il-Fgura.

Il-ħabta ġrat billi s-sewwieq tal-karozza pprova jaqbeż karozza li kienet ipparkjata ħażin u s-sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel fil-bieba tax-xufier tal-karozza.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Fgura. It-triq għamlet xi ħin magħluqa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia fetħet inkjesta fuq il-każ.