Lokali

Faħam u skandli mal-Ministeri

Dalgħodu, bosta Ministeri sebħu b’boroz tal-faħam quddiem il-bibien tagħhom u lista ta’ skandli mwaħħla mal-bieb.

Fi stqarrija, l-għaqda Occupy Justice sostniet li filwaqt li l-Milied huwa żmien ta’ ċelebrazzjoni għal ħafna, huwa wkoll żmien ta’ riflessjoni u dwar il-kriżi kostituzzjonali u istituzzjonali li qed tolqot lil pajjiżna bħalissa.

L-attivisti ta’ Occupy Justice ħallew lista li tfakkar f’dak kollu li jinsab għaddej minnu pajjiżna – lista li twaħħlet mal-bibien tal-Ministeru għall-Finanzi, il-Ministeru għall-Intern, il-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u l-uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat.