Lokali

Il-preparamenti fil-kċejjen lejliet il-Milied

Għalkemm fl-lejliet il-Milied ħafna ma jaħdmux biex iqattgħu l-ħin mal-familja ikun hemm dawk li xorta waħda jridu jaħdmu propju sabiex ħaddieħor ikun jista’ jgawdi.

Qed nirreferu b’mod partikolati għal dawk li jaħdmu fil-kċejjen tar-ristoranti u tal-lukandi li jkunu ilhom li bdew jippreparaw għal dawn il-mumenti sa minn ġimgħat qabel il-Milied biex imbgħad lejliet il-Milied u f’Jum il-Milied jibda it-tisjir.

Net News zar il-kċina tal-lukanda The Palace f’Tas-Sliema fejn l-Executive Chef Joseph Xuereb spjega kif qed jippreparaw ghall-ikla ta’ lejiet il-Milied, imbghad jippreparaw għall-early breakfast li daha sew fit-tradizzjoni tal-Maltin.

Il-kcina tal-lukanda mbghad trid tipprepara ghall-breakfast ghar-residenti tal-lukanda. U ma jistax jonqos li jkompli t-tisjir għall-ikla ta’ Jum il-Milied.

Li hu zgur hu li dan it-tip ta’ xogħol jinvolvi ħafna nies.

Bla dubju ta’ xejn l-ikla ta’ Jum il-Milied tibqa’ mezz ta’ kif ħafna familji jinghaqdu flimkien fi zmien li ghandu joffri tama u paci fil-qalb ta’ kull wiehed u wahda minnha.